Il-Farell lura fil-Parlament

Joseph Farrugia jiġi elett fl-elezzjoni każwali biex jieħu post Karmenu Vella.
 

Joseph Farrugia ‘il-Farell’
Joseph Farrugia ‘il-Farell’

Joseph Farrugia, magħruf aħjar bħala l-Farell, huwa l-persuna li se jieħu post Karmenu Vella fil-Parlament Malti wara li Vella issa qiegħed bħala Kummissarju Ewropew.

L-għadd tal-voti beda dalgħodu fid-9am.

Il-Farell kien membru Parlamentari waqt il-leġislatura li damet biss 22 xahar, bejn l-1996 u l-1998.

Post Vella kienu qed jissieltu għalih Edric Micallef, Mario Calleja, Robert Henry Bugeja u Anthony Zammit. Zammit kien l-aħħar wieħed li baqa' jissielet ma' Farrugia fit-taqtigħa.

L-eks Membru Parlamentari Anthony Zammit, kien qiegħed fuq quddiem sat-tielet għadd. Iżda mbagħad il-Farell, li ma kienx fis-sala tal-għadd tal-voti, fin-Naxxar, rebaħ b'1985 vot, 86 iżjed mill-Professur Zammit.

More in Politika