Muscat f'laqgħa dwar l-enerġija mal-Prim Ministru ta' Singapore

Is-saħħa, l-enerġija u l-Commonwealth kienu fost is-suġġetti diskussi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mal-Prim Ministru ta' Singapore Lee Hsien Loong f’Singapore
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa' mal-Prim Ministru ta' Singapore Lee Hsien Loong f’Singapore

Il-Prim Ministru ta' Singapore Lee Hsein Loong iddiskuta temi relatati mal-enerġija, il-qasam tas-saħħa u l-Commonwealth f'Singapore f'laqgħa ma' Muscat. Loong saħaq li jeżistu similaritajiet bejn Malta u Singapore filwaqt li qal li jemmen li hemm oqsma fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw. Huwa qal li pajjiżu se jkun qed jiċċelebra l-50 sena Indipendenza s-sena d-dieħla filwaqt li feraħ lill-poplu Malti li qed jiċċelebra l-50 sena mill-Indipendenza din is-sena.

Joseph Muscat qal li l-qasam tal-enerġija huwa prijorità għal Malta u spjega l-viżjoni tal-Gvern Malti li jagħmel minn pajjiżna hub tal-enerġija. Huwa qal l-Ewropa qed tħares lejn sorsi diversi minn fejn iġġib l-enerġija biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ftit pajjiżi biex tikseb provista ta' gass.

Dr Muscat tkellmu wkoll dwar possibiltajiet ta' kollaborazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet fil-qasam tas-saħħa.

Il-Prim Ministru tenna l-istedina tiegħu biex il-Prim Ministru Loong jattendi għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Commonwealth li se ssir f’Malta s-sena d-dieħla.

More in Politika