Illejla, immedjatament wara li l-Parlament se jiddiskuti l-Enemalta u l-impjant ta' Delimara, Reporter jissokta bid-diskussjoni dwar dan. Il-mistiedna ewlenin se jkunu l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi Mizzi u d-Deputat Nazzjonalista George Pullicino.
Meta se tkun lesta l-power station il-ġdida? Min se jiffinanzja t-tnaqqis fit-tariffi? Kif sejjer ix-xogħol fuq l-interkonnettur ma' Sqallija? X'hemm eżatt fil-kuntratt maċ-Ċiniżi? Fid-dawl li dan il-kuntratt għadu ma ġiex ippreżentat fil-Parlament.
Reporter, live, illejla fuq TVM bi preżentazzjoni ta' Saviour Balzan u l-opinjonista residenti Dr. Ramona Frendo.