Il-Ministru jikkundanna l-aġir tal-MUMN

Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia jikkundanna l-aġir tal-President tal-MUMN Paul Pace. Hu sostna li dan l-aġir mhux aċċettabbli fil-konfront ta’ min hu vulnerabbli. Enfasizza li dan l-aġir qed jiġi deplorat.

Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia
Il-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia

“Għandna nfakkruk kif irriteniet il-qorti anke f’każijiet li kienu jinvolvu l-union tal-infermiera stess, li huwa l-obbligu ta’ kull imjegat li meta jmur għax-xoghol jagħmel ix-xogħol li jkun ordnalu l-prinċipal tiegħu,” qal Farrugia f’ittra li bgħat lil President tal-MUMN Paul Pace 

B’dispjaċir qed jiġi innutat illi bosta mid-Direttivi qed jimminaw direttament jew indirettament il-kura illi huwa intitolat għaliha l-pazjent. “Niġbidlek l-attenzjoni li huwa l-obbligu tal-MUMN li anki f’materji ta’ relazzjonijiet industrijali hija għandha timxi in bona fede u b’mod proporzjonat,” sostna l-Ministru Farrugia.

More in Politika