Il-President ta’ Malta għada f’Reporter

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca se tkun il-mistiedna ewlenija waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM.  Kien fil-bidu ta’ Frar meta bdew iduru xnigħat li Marie Louise Coleiro Preca, dak iż-żmien Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kienet se tinħatar bħala d-disa’ President ta’ Malta wara t-terminu ta’ George Abela. L-aħbar intlaqgħet b’entużjażmu minn ħafna nies għall-fatt li Coleiro Preca kienet magħrufa għall-bżulija f’xogħolha filwaqt li oħrajn ħassew li l-aktar Ministru ħabrieka fil-kabinett ta’ Joseph Muscat, kienet se tinħela fi rwol meqjus bħala wieħed ċerimonjali. Balzan jistaqsi lill-President kif kienet tħares lejn il-presidenza qabel ma ġiet appuntata? U llum li qiegħda hemm, x’inhuma l-impressjonijiet tagħha? Jistaqsiha wkoll jekk damitx taħsibha qabel ma aċċettat ir-rwol u jekk ir-rwol ċerimonjali jdejjaqhiex. Il-Presidenza x’effett kellha fuq il-familja ta’ Marie Louise Coleiro Preca? Kien hemm qisu l-ftehim speċjali li Marie Lousie Coleiro Preca bħala President tibqa’ marbuta ma’ temi soċjali u involuta fit-tfassil ta’ politiki fil-qasam soċjali. Dan fuq insistenza tagħha? Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard.

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca se tkun il-mistiedna ewlenija waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM. 

Kien fil-bidu ta’ Frar meta bdew iduru xnigħat li Marie Louise Coleiro Preca, dak iż-żmien Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kienet se tinħatar bħala d-disa’ President ta’ Malta wara t-terminu ta’ George Abela.

L-aħbar intlaqgħet b’entużjażmu minn ħafna nies għall-fatt li Coleiro Preca kienet magħrufa għall-bżulija f’xogħolha filwaqt li oħrajn ħassew li l-aktar Ministru ħabrieka fil-kabinett ta’ Joseph Muscat, kienet se tinħela fi rwol meqjus bħala wieħed ċerimonjali.

Balzan jistaqsi lill-President kif kienet tħares lejn il-presidenza qabel ma ġiet appuntata? U llum li qiegħda hemm, x’inhuma l-impressjonijiet tagħha? Jistaqsiha wkoll jekk damitx taħsibha qabel ma aċċettat ir-rwol u jekk ir-rwol ċerimonjali jdejjaqhiex. Il-Presidenza x’effett kellha fuq il-familja ta’ Marie Louise Coleiro Preca?

Kien hemm qisu l-ftehim speċjali li Marie Lousie Coleiro Preca bħala President tibqa’ marbuta ma’ temi soċjali u involuta fit-tfassil ta’ politiki fil-qasam soċjali. Dan fuq insistenza tagħha?

Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. 

More in Politika