Sorsi qrib il-partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ ILLUM qalulna li Chris Scicluna aktarx ikun iċ-Chief Executive tal-partit Nazzjonalista. Scicluna kien jaħdem f’aġenzija ta’ riklamar u kien involut fil-kampanja għall-parlament Ewropew għal Partit Nazzjonalista.
Jidher li se jkollu sfida kbira biex jara li l-finanzi tal-partit jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Ħafna mix-xogħol diffiċli u d-deċiżjonijiet kbar diġà ttieħdu minn Chris Said. Is-Segretarju Ġenerali naqqas il-ħaddiema tal-PN minn ’il fuq minn 200 ħaddiema għal 75. Id-deċiżjoni ta’ Chief Executive hija mmudellata fuq l-istruttura tal-partit Laburista li għandu CEO, li xogħlu kważi ħa dak tas-Segretarju Ġenerali. Pożizzjoni li fil-PL ma teżistix aktar.