Ġensna għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza

Ġensna kienet ittellgħet l-ewwel darba fl-1979, u kienet tikkonċerna l-istorja ta’ Malta bil-quċċata tintlaħaq bil-kisba tal-ħelsien fl-istess sena.

Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li bħala parti mill-festi tal-50 anniversarju tal-Indipendenza, il-Gvern beħsiebu jtella’ r-rock opera Ġensna, li hi assoċjata mal-Partit Laburista ta’ żmien it-tmenijiet u l-festa tal-Ħelsien.

Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, kelliem għall-gvern ikkonferma li se tittella’ din ir-rock opera aktar tard din is-sena. Iżda rrifjuta milli jirrispondi meta mistoqsi jekk dan hux se jsir waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza. Ma rrispondiex lanqas min se jkun responsabbli għall-produzzjoni tagħha. 

Hu prevedibbli li jekk il-Gvern jibqa’ għaddej fuq dan il-ħsieb żgur li mhux se tinżel tajjeb mal-Partit Nazzjonalista, li fil-jiem li għaddew waqqaf kumitat apposta nkarigat miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit għal dan l-anniversarju.

Ġensna kienet ittellgħet l-ewwel darba fl-1979, u kienet tikkonċerna l-istorja ta’ Malta bil-quċċata tintlaħaq bil-kisba tal-ħelsien fl-istess sena.

Ir-rock opera kienet reġgħet ittellgħet fl-2009 biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Ħelsien.

More in Politika