Il-fatturat industrijali niżel bi 2.1 fil-mija fit-tielet kwart tal-2025

Meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2024, kien hemm żieda taʼ 0.6 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat. 

Fit-tielet kwart tal-2025, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun niżel bi 2.1 fil-mija meta mqabbel mat-tliet xhur taʼ qabel. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fl-oġġetti tal-konsum (4.2 fil-mija). Wara dawn, kien hemm tnaqqis fl-oġġetti kapitali (2.5 fil-mija). 

Min-naħa l-oħra, kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti intermedji (4.9 fil-mija) u fl-enerġija (1.3 fil-mija).

Meta mqabblin mat-tieni kwart tal-2025, l-impjiegi industrijali totali aġġustati għall-effetti tal-istaġun ma nbidlux. Madankollu, is-sigħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross fl-industrija naqsu bi 2.8 fil-mija u bʼ0.8 fil-mija, rispettivament.

Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2024, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bʼ1.5 fil-mija. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti intermedji (5.1 fil-mija), fl-enerġija (4.4 fil-mija) u fl-oġġetti kapitali (4.0 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, l-oġġetti tal-konsum niżlu bʼ4.0 fil-mija.

Meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2024, kien hemm żieda taʼ 0.6 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat. 

Ma kienet irreġistrata l-ebda bidla fis-sigħat totali maħduma fl-industrija wara l-aġġustar bil-jiem tax-xogħol. Madankollu, il-pagi u s-salarji gross fl-industrija telgħu bʼ4.6 fil-mija.

 

More in Kummer?jali