FʼOttubru 2025, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-RPI kienet taʼ 2.7 fil-mija, żieda mit-2.4 fil-mija tax-xahar taʼ qabel.
L-ogħla rati taʼ inflazzjoni kienu rreġistrati fi Prodotti u servizzi oħra (5.0 fil-mija) u fl-Ikel (3.7 fil-mija). Min-naħa l-oħra, l-aktar rati baxxi taʼ inflazzjoni annwali kienu rreġistrati fil-Ħwejjeġ u ż-żraben (-1.2 fil-mija) u fl-Ilma, l-elettriku, l-gass u l-fjuwils (0.0 fil-mija)/
L-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel (+0.80 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tat-take-aways.
It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet kienu nnotati fl-Indiċi tat-Trasport u l-komunikazzjoni (+0.37 punti perċentwali) u fl-Indiċi taʼ Prodotti u servizzi oħra (+0.36 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tat-trasport bl-ajru u tal-ġojjelli, rispettivament.
Il-kontribuzzjoni negattiva għall-inflazzjoni annwali kienet irreġistrata fl-Indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-żraben (-0.08 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet aktar baxxi tal-ħwejjeġ.
L-aggregati
FʼOttubru 2025, l-Indiċi taʼ Prodotti u servizzi oħra rreġistra l-ogħla rata annwali taʼ inflazzjoni bʼ5.0 fil-mija, li minnha l-Ġojjelli, arloġġi tal-idejn u oġġetti oħra rreġistraw rata annwali taʼ 18.8 fil-mija, il-Prodotti li jintużaw għall-ħasil u t-tisjir irreġistraw rata annwali taʼ 2.5 fil-mija, is-Servizzi veterinarji (inkluż ikel għall-annimali domestiċi) u servizzi domestiċi rreġistraw rata annwali taʼ 2.6 fil-mija, filwaqt li l-Assigurazzjonijiet, servizzi finanzjarji u servizzi oħra rreġistraw rata annwali taʼ 2.6 fil-mija.
L-Indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-żraben irreġistra l-aktar rata baxxa taʼ inflazzjoni annwali bʼ-1.2 fil-mija, li minnha l-Ħwejjeġ irreġistraw rata annwali taʼ -1.9 fil-mija u ż-Żraben irreġistraw rata annwali taʼ 1.7 fil-mija.