Ċifri proviżorji tal-kummerċ tal-merkanzija juru li, fʼSettembru 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €307.8 miljuni meta mqabbel mad-defiċit taʼ €343.4 miljun taʼ Settembru 2024. L-importazzjoni kienet taʼ €768.3 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €460.5 miljun, li
jiġu tnaqqis taʼ €43.6 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €8.0 miljuni fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
It-tnaqqis fl-importazzjoni kienet ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€41.1 miljun) u mit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€12.0-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin dehru fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat
(€34.5 miljun), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (15.2-il miljun) u fit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€10.2 miljuni). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€31.9 miljun) u tal-Kimika (€13.4-il miljun).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Settembru 2025
Fl-ewwel disaʼ xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€278.4 miljun meta mqabbel mal-istessżmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq it-€3,619.4-il miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €7,009.7 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet it-€3,390.2 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €641.5miljun u €363.0 miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€421.1 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€297.7 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€115.1-il miljun).
Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€177.4 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€170.1 miljun). Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (62.3 fil-mija) u
mill-Asja (19.2 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal- esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (36.9 fil-mija) u l-Asja (12.4 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€133.3 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill- Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€167.2 miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l- akbar żieda (€79.5 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€117.0-il miljun).
FʼSettembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €138.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €157.3 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €437.8 miljun u €299.6 miljun,
rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 5.8 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 2.5 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
Fl-ewwel disaʼ xhur tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€103.4 miljuni meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq l-€2,137.6 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ0.5 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 3.7 fil-mija, rispettivament, biex laħqu l-€4,263.0 miljun u l-€2,125.4 miljun.