
Jägermeister tniedi edizzjoni limitata retro tal-flixkun li tiċċelebra d-90 anniversarju
Id-disinn oriġinali jirritorna fuq l-ixkafef bħala ġieħ għall-wirt tal-marka

More in Kummer?jali
Id-disinn oriġinali jirritorna fuq l-ixkafef bħala ġieħ għall-wirt tal-marka
Biex tiċċelebra d-90 anniversarju, Jägermeister qed tintroduċi edizzjoni limitata Retro tal-flixkun ikoniku tagħha. Din l-edizzjoni tagħti ġieħ lill-evoluzzjoni ta’ Jägermeister minn likur ta’ ħxejjex aromatiċi, li darba nħoloq għall-kaċċaturi, għal simbolu globali ta’ togħma li ma jgħaddix żmienha, kwalità u rilevanza kulturali.
L-Edizzjoni Retro tagħti lura l-elementi ewlenin tad-disinn oriġinali tal-flixkun tal-marka. Din l-edizzjoni hi ispirata mill-ewwel flixkun ta’ Jägermeister, iddisinjat minn Curt Mast, u tinkludi l-ħġieġ abjad, għamla kwadra, id-disinn storiku tat-tikketta, tapp retro u karatteristiċi awtentiċi oħra, bħad-disinn imqabbeż fil-ħġieġ fuq wara tal-flixkun. L-edizzjoni se tkun f’aktar minn 30 suq madwar id-dinja, fil-ħwienet u online, minn Settembru 2025.
Curt Mast, l-inventur ta’ Jägermeister, mhux biss ħoloq ir-riċetta sigrieta b’56 ħaxixa aromatika, imma ddisinja wkoll il-flixkun kwadru ikoniku. Skont il-leġġenda, hu ttestjah billi waqqgħu fl-art tal-injam tal-ballut tiegħu – oriġini prattika għal dak li sar ikona viżiva.
“Id-disinn oriġinali tal-flixkun jirrifletti taħlita ta’ funzjonalità u prattiċità,” qal Fabian Fischer, Manager Għoli tal-Innovazzjoni Globali. “Kien iddisinjat għal funzjoni – u sar wieħed mill-iżjed fliexken magħrufa fuq l-ixkafef tal-bars f’aktar minn 150 pajjiż madwar id-dinja – ikona li żmienha ma jgħaddix.”
Jägermeister qed jerġa’ jġib id-disinn storiku tiegħu lura fil-ħwienet u jorbot l-għeruq tal-marka mal-preżent. Il-flixkun u t-tikketta ta’ Jägermeister tfasslu b’tant attenzjoni mill-bidu nett, li ftit li xejn kellhom bżonn jinbidlu matul is-snin – waħda mir-raġunijiet għaliex il-flixkun baqa’ jispikka daqstant fil-ħwienet, il-bars u l-clubs madwar id-dinja. L-Edizzjoni Retro mhijiex riinterpretazzjoni imma rikostruzzjoni b’dettalji preċiżi mibnija fuq il-materjal arkivjat.
“Għal dawn id-90 sena, Jägermeister kien parti minn għadd ta’ esperjenzi u mumenti ta’ ‘evviva,” qal Florian Carl Eisenblätter, Manager Għoli tal-Istorja Korporattiva. “Mhux interessanti biss dak li nbidel, imma wkoll dak li baqa’ l-istess – is-sens ta’ komunità, l-attitudni distinta u l-għarfien profond tal-udjenza tagħha – ikun liema jkun id-deċennju. Dan l-istint se jibqa’ jmexxi lill-marka.”
Filwaqt li l-Edizzjoni Retro tħares lura lejn id-deċennji preċedenti, il-marka tibqa’ tiffoka fuq il-futur. Ir-riċetta tagħha, li qatt ma nbidlet, u l-għarfien kulturali huma ċ-ċavetta għas-suċċess fit-tul tal-marka bħala ikona vera u unika.
Il-flixkun Edizzjoni Retro ta’ Jägermeister għad-90 anniversarju issa ssibu fi ħwienet magħżula f’Malta u Għawdex u online fuq www.farsonsdirect.com.