
Installati charging stations għal vetturi elettriċi fil-BOV Centre
Pass iehor 'il quddiem biex il-bank inkun aktar sostenibbli
.jpg)
More in Kummer?jali
Pass iehor 'il quddiem biex il-bank inkun aktar sostenibbli
Il-Bank of Valletta installa charging stations għal vetturi elettriċi fil-BOV Centre f’Santa Venera bħala parti mill-impenn tiegħu biex ikun aktar sostenibbli. Seba’ charging stations għal vetturi elettriċi, inkluż wieħed għall-muturi, ġew installati għall-benefiċċju tal-impjegati li għandhom aċċess għall-BOV Centre, biex b’hekk ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi tagħhom, inkluż dawk plug-in hybrid u muturi elettriċi waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol.
Fit-tnedija ta’ din l-inizjattiva, iċ-Chief Operations Officer tal-BOV Ernest Agius irrimarka li “bħala parti mill-Alleanza ESG ta' Malta (MESGA), il-Bank of Valletta jibqa’ impenjat li jmexxi bl-eżempju fejn jidħol l-aspett ta’ ESG (Ambjentali, Soċjali, u ta’ Governanza). Dan billi jinkorpora prattiċi sostenibbli fl-operat tiegħu u jħeġġeġ negozji oħra biex jagħmlu l-istess. Dan huwa pass importanti ieħor għall-Bank, u qed inħeġġu lill-impjegati jibbenefikaw minn dawn il-faċilitajiet ta’ parkeġġ preferenzjali u rati attraenti sabiex jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi tagħhom. Huwa ta’ inkoraġġiment li wieħed jinnota r-rispons pożittiv li kellna mill-impjegati mindu ħabbarna din l-inizjattiva.”
Filwaqt li rrimarka li l-Bank għandu l-panelli solari fuq diversi binjiet inkluż fergħat u uffiċċji, is-Sur Agius żied li “l-installazzjoni ta’ dawn l-EV charging stations timmarka pass ieħor ’il quddiem biex il-Bank ikun aktar sostenibbli, u jipprovdi soluzzjoni konvenjenti u li tirrispetta l-ambjent lill-impjegati li jsuqu vetturi elettriċi, plug-in hybrids, jew muturi elettriċi.”
Din l-inizjattiva tidħol sew fl-istrateġija ESG tal-Bank, hekk kif tinkoraġixxi mġiba li tirrispetta l-ambjent fost l-impjegati li għandhom aċċess għall-parkeġġ tal-BOV Centre. Tgħin ukoll biex jitnaqqas il-carbon footprint. Dan billi tħeġġeġ lill-impjegati biex jagħżlu vetturi li ma jiġġenerawx emmissjonijiet fl-arja.
Permezz ta’ għażliet aktar konvenjenti fejn l-impjegati jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi tagħhom waqt li jkunu x-xogħol, il-Bank qed jgħin ukoll lill-impjegati tiegħu jnaqqsu mill-istress biex isibu EV charging stations qrib il-post tax-xogħol tagħhom, filwaqt li jħares ukoll l-impenn għas-sostenibbiltà ambjentali, li tinsab fil-qalba tal-istrateġija ESG tal-Bank.