Ivan Grech b'diska ġdida ‘picture on the wall’

Riflessjoni personali dwar is-Saħħa Mentali

Il-kantawtur Malti Ivan Grech jirritorna b’Picture on the Wall, it-tieni single mis-solo album ġdid tiegħu. Tista’ tara l-video uffiċjali ta’ din id-diska fuq: https://youtu.be/ACHvfA2VQYY

Wara s-suċċess tas-single tiegħu (Let’s Get) High on Love u diversi kunċerti live f’Malta u Għawdex, Ivan qatta’ x-xhur riċenti jikteb u jirrekordja mużika ġdida. Dan il-kapitlu ġdid jibni fuq l-għeruq mużikali tiegħu w iqanqal emozzjonijiet ġenwini.

Picture on the Wall hija diska dwari temi mportanti bħall-vulnerabbiltà u s-saħħa mentali.
“B’din is-silta mort lura għall-għeruq tiegħi, kemm mużikalment kif ukoll lirikament,” qal Ivan. “Il-kanzunetti tiegħi dejjem ikunu dwar emozzjonijiet veri. Għalija diska trid tinħass mhux tinstema’ biss.”

Il-kanzunetta nkitbet f’lejl, meta ħoss ta’ kitarra akustika waqt film li kien qed jara Ivan ispira l-ewwel noti.

 “Mort fuq il-keyboards f’nofs ta’ lejl, dan huwa dejjem l-aħjar ħin fejn insib l-ispirazzjoni tiegħi. Fi ftit sigħat is-silta kienet kważi lesta,” jgħid Ivan. “Ridt diska melodjuża, imma differenti minn dak li normalment nikkomponi.”

Il-kliem ta’ din id-diska huwa appell qawwi biex inkissru s-silenzju dwar is-saħħa mentali.
“Mhux dejjem naraw l-inkwiet fuq wiċċ in-nies. Xi drabi dan ikun moħbi wara tbissima,” jispjega Ivan. “Irridu nfakkru lilna nfusna u lil dawk ta’ madwarna li meta xi ħadd jitlob għall-għajnuna, dan mhux sinjal ta’ djufija imma ta’ saħħa.”

Il-kanzunetta ġiet irrekordjata f’Temple Studios flimkien ma’ David Vella li ħa ħsieb il-produzzjoni. Huwa daqq id-drums, il-bass, il-perkussjoni u l-keyboards. Il-kanzunetta tinkludi wkoll il-kontribut ta’ Peter Borg (Red Electric) fuq il-kitarri akkustiċi, elettriċi u slide guitars, u Alistair Abela fuq kitarri elettriċi.

Il-kunċett tal-vidjow huwa ta’ Ivan Grech, filwaqt li l-editjar u l-effetti saru minn Chris Spiteri u l-animazzjoni 3D minn Aaron Cachia (Aar.on.3D).

Picture on the Wall hija parti mill-album ta’ Ivan bħala solist, li ser joħroġ fix-xhur li ġejjin.

L-album ta’ Ivan qed isir bis-sapport ta’ Hard Rock Malta, Hamilton Travel, Signal 8 Malta, KIA Malta, BMIT Technologies, Logografix, Finestral, Toni & Guy Malta, V&C Group, Sign It, Arts Council Malta, Striped Sox u Clam Technologies.

 

Ghal aktar informazzjoni dwar Ivan Grech segwi:

https://www.facebook.com/ivanwintermoods

https://www.instagram.com/ivangrech1969

https://www.youtube.com/@ivangrech7238

 

For media enquiries, interviews, or further information:
Deborah Grech
[email protected]
+356 9948 6548

More in Kummer?jali