Tokenizzazzjoni ta' Skemi ta' Investiment Kollettiv (CIS) f'Malta – L-MFSA tippubblika Position Paper

Id-dokument jenfasizza wkoll ir-rwol kruċjali tal-Amministratur tal-Fond fil-proċess ta' tokenizzazzjoni

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħarġet Dokument dwar it-tokenizzazzjoni tal-units tal-fondi maħruġa minn Skemi ta’ Investiment Kollettiv (CIS), u affermat mill-ġdid il-pożizzjoni ta' Malta rigward l-effiċjenzi operattivi miksuba permezz tat-tokenizzazzjoni tal-units tal-fondi.

It-tokenizzazzjoni tippermetti r-rappreżentazzjoni ta’ assi tradizzjonali f’format diġitali permezz ta’ kuntratti intelliġenti bl-użu tat-teknoloġija ta-ledgers diġitali. Dan id-dokument jispjega l-użu tat-tokenizzazzjoni biex tiffaċilita trasferimenti mingħajr xkiel u tippermetti ħruġ aktar kosteffettiv ta' units ta' CIS.

Id-dokument jenfasizza wkoll ir-rwol kruċjali tal-Amministratur tal-Fond fil-proċess ta' tokenizzazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti applikabbli ta' trasparenza. Dawn jinkludu żvelar speċifiku fid-dokumentazzjoni ta' offerta tas-CIS, bħall-obbligi relatati mal-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus (AML) u l-għarfien tal-klijent (KYC), flimkien ma' informazzjoni u obbligi relatati mat-tranżazzjonijiet fil-units tal-fondi tokenizzati.

Dr Christopher P. Buttigieg, Kap tas-Sorveljanza tal-MFSA, qal: “Din il-Position Paper jimmarka pass importanti biex jiġi żgurat li s-settur tal-fondi ta' Malta jkun jista' jinnova bit-teknoloġiji diġitali filwaqt li jżomm l-ogħla standards ta' integrità u protezzjoni tal-investituri. Konxji tal-iżviluppi fl-UE, il-MFSA tibqa' miftuħa għall-innovazzjoni, filwaqt li żżomm standards għoljin ta' sorveljanza.”

Ian Meli, Kap tas-Sorveljanza tas-Servizzi ta' Investiment, qal: “Dan id-dokument jindika l-approċċ futuristiku tal-MFSA fir-rigward tat-tokenizzazzjoni tal-unitajiet tas-CIS. Għalkemm it-tokenizzazzjoni ġġib magħha sfidi għall-fornituri tas-servizzi, partikolarment fl-oqsma tas-sigurtà ċibernetika, dan l-iżvilupp għandu jwassal għal effiċjenza operattiva fil-proċess ta' saldu tat-tranżazzjonijiet tal-fondi, kif ukoll jikkontribwixxi għall-awtomatizzazzjoni tal-proċessi ta' due diligence mill-fornituri tas-servizzi.”

Għal aktar informazzjoni, aqra l-Position Paper tal-MFSA dwar it-tokenizzazzjoni tal-fondi fuq il-websajt tal-MFSA.

More in Kummer?jali