L-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali f’Ġunju 2025 l-istess bħall-2024

FʼĠunju 2025, l-Indiċi Totali tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali baqaʼ l-istess meta mqabbel mal-istess xahar tal-2024.

FʼĠunju 2025, l-Indiċi Totali tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali baqaʼ l-istess meta mqabbel mal-istess xahar tal-2024.

Madankollu, il-prezz tal-oġġetti intermedji naqas bi 2.2 fil-mija. Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tal-oġġetti tal-konsum u tal-oġġetti kapitali żdiedu bʼ1.7 fil-mija u bʼ0.8 fil-mija, rispettivament. Ma kienx hemm tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija.

Il-prezzijiet tal-produtturi industrijali għas-suq domestiku telgħu bʼ0.9 fil-mija. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti tal-konsum (3.0 fil-mija), fl-oġġetti intermedji (0.7 fil-mija) u fl-oġġetti kapitali (0.3 fil-mija).

Il-prezzijiet mhux domestiċi naqsu bʼ1.0 fil-mija. Il-prezzijiet tal-oġġetti maħsuba għaż-Żona mhux tal-Ewro naqsu bi 2.6 fil-mija, filwaqt li dawk maħsuba għaż-Żona tal-Ewro żdiedu bʼ1.0 fil-mija.

 

Tqabbil max-xahar taʼ qabel

FʼĠunju 2025, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali telaʼ bʼ0.1 fil-mija meta mqabbel maʼ Mejju 2025. Iż-żidiet kienu rreġistrati fl-oġġetti intermedji (0.5 fil-mija) u fl-oġġetti kapitali (0.1 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, il-prezz tal-oġġetti tal-konsum niżel bʼ0.3 fil-mija. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija.

Il-prezz totali tas-suq domestiku ma nbidilx, filwaqt li l-prezzijiet mhux domestiċi żdiedu bʼ0.2 fil-mija. Il-prezzijiet tal-oġġetti maħsuba għaż-Żona tal-Ewro u għaż-Żona mhux tal-Ewro telgħu bʼ0.3 fil-mija u bʼ0.2 fil-mija, rispettivament.

 

More in Kummer?jali