L-ogħla rati taʼ inflazzjoni fʼĠunju 2025 kienu rreġistrati fl-Ikel (4.5 fil-mija) u fi Prodotti u servizzi oħra (4.3 fil-mija).
Min-naħa l-oħra, l-aktar rati baxxi taʼ inflazzjoni annwali kienu rreġistrati fl-Ilma, l-elettriku, l-gass u l-fjuwils (0.0 fil-mija) u fl-Għamara u t-tagħmir tad-dar (0.2 fil-mija).
FʼĠunju 2025, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel (+0.97 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-frott.
It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet kienu nnotati fl-Indiċi taʼ Prodotti u servizzi oħra (+0.31 punti perċentwali) u fl-Indiċi tar-Rikreazzjoni u l-kultura (+0.25 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-ġojjelli u tal-edukazzjoni, rispettivament.
Ma kinux irreġistrati kontribuzzjonijiet negattivi għall-inflazzjoni annwali fil-lista taʼ indiċijiet aggregati fix-xahar taʼ Ġunju.
L-aggregati
FʼĠunju 2025, l-Indiċi tal-Ikel irreġistra l-ogħla rata annwali taʼ inflazzjoni bʼ4.5 fil-mija, li minnha l-Ikel li jħalli barra s-servizzi tar-ristoranti u t-take-aways irreġistra rata annwali taʼ 4.3 fil-mija, filwaqt li s-Servizzi tar-ristoranti u t-take-aways irreġistraw rata annwali taʼ 5.0 fil-mija.
L-Indiċi tal-l-Ilma, l-elettriku, l-gass u l-fjuwils irreġistra l-aktar rata baxxa taʼ inflazzjoni annwali bʼ0.0 fil-mija, minħabba li l-prezzijiet tas-sottokomponenti baqgħu ma nbidlux.