Project Green tibda l-ewwel pass lejn Public Private Partnership

L-entita’ pubblika tibda konsultazzjoni sabiex twassal għal sħubija mas-settur privat fl-oqsma tas-sigurta’ u manutenzjoni

Ritratt: Project Green/Facebook
Ritratt: Project Green/Facebook

Project Green tħabbar pubblikazzjoni ta’ Konsultazzjoni Preliminarja tas-Suq sabiex tipprepara għal Public Private Partnership ta’ 5 snin fl-oqsma tas-sigurta' u manutenzjoni.

Din il-konsultazzjoni qed tintugħża sabiex tinġabar informazzjoni fuq is-suq kurrenti rigward l-interess li servizzi bħal manutenzjoni, sorveljanza, servizzi ta’ tindif u servizzi ambjentali jsiru mill-privat.

L-entita’ qalet li dan il-pass huwa parti mill-prijoritajiet strateġiċi tal-Project Green mill-2025 sal-2027, bl-għan li jitjibu r-riżorsi, l-kapaċita’ l-kwalita’ bl-involviment tas-settur privat. 

Barra minn hekk, Project Green ħabret li ħa toħroġ tender fit-tielet kwart tas-sena 2025 għall-akkwist ta’ teknologija avvanzata bħall-Intelliġenza Artifiċjali sabiex timmaniġġja l-ekosistema sħiħa tal-parks u l-widien.

L-aġenzija bħalissa qed tieħu ħsieb 1.2 miljun metru kwadru ta’ spazzji ħodor, li mistenni jiżdid b’100 elf metru kwadru kull sena. Project Green għandha 120-il proġett f’idejha b’valur totali ta’ €350 miljun.

More in Kummer?jali