Persuni famużi bħala ambaxxaturi ta' kumpaniji u prodotti

Jekk tagħżilx din it-triq, jiddependi minn ħafna affarijiet, imma importanti ħafna l-udjenza u trid tara x'inhu l-aħjar għalik

Li persuni famużi jissieħbu ma’ kumpaniji mhijiex xi ħaġa ġdida. Sa mill-1760, Wedgewood, famuż għax-xogħol tiegħu fil-fuħħar, ingħaqad mal-Familja Rjali Ingliża biex jippromwovi xogħlijiet tagħhom maħduma fil-porċellana u oħrajn.

Iżda fl-aħħar żminijiet, partikolarment fil-bidu tas-seklu dsatax, dan sar aktar komuni, partikolarment fl-Istai Uniti, b’persuni famużi jissieħbu ma’ kumpaniji biex jippromwovu kollox, mit-tabakk għall-baseball cards. F’dawk iż-żminijiet, ma kien hemm l-ebda protezzjoni legali u ħafna minn dawn id-dehriet ma kinux awtorizzati, bil-persuna ma ddaħħal xejn fil-but.

Iżda dan inbidel madwar is-sena 1930 meta persuni famużi bdew jiffirmaw kuntratti ma’ kumpaniji biex huma jappoġġjaw id-ditta kummerċjali tagħhom. Hekk kif l-industrija tar-riklamar bdiet tikber, il-protezzjoni legali ta’ dawn l-ambaxxaturi tad-ditti bdiet tiżdied u anke beda jissaħħaħ id-dritt li dawn il-persuni jitħallsu.

Sal-1940, atturi famużi qalbuha lill-atleti u bdew jiffirmaw kuntratti ma’ diversi kumpaniji. Illum il-ġurnata, persuni famużi minn kull lat tal-ħajja, bdew jiffirmaw kuntratti ma’ dawn il-kumpaniji, iżda l-atleti u l-isportivi reġgħu ġew fuq quddiem.

Bħal kollox, hemm il-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Speċjalment għal ditti li huma ġodda, mingħajr ħafna klijenti jew segwaċi, il-fatt li persuna famuża tibda tirreklama u tuża l-prodotti tagħhom, joffri vantaġġi kbar. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Rootz, Lasse Rantala, jispjegaha perfettament: “Li persuna famuża tippromwovi l-prodott tiegħek, dan jagħtik minnufih rikonoxximent u kredibbilità. Dan l-aħħar isseħibna ma’ Mr David Hasselhoff biex nippromowvu l-Wheelz. Filwaqt li diffiċli tikkwantifika l-effettività, ma hemm l-ebda dubju li Hasselhoff, speċjalment għas-suq Ġermaniż, huma ta’ benefiċċju kbir għal din id-ditta ġdida.”

Mill-banda l-oħra, ditta tista’ tispiċċa marbuta wisq mal-persuna famuża u l-imġieba tagħha u dan jista’ joħloq sfifi wkoll. Kumpanija bħal e-Trade tista’ tkun b’saħħitha biżżejjed li tgħaddieha, imma għall-kumpaniji żgħar, skandlu minn xi ambaxxatur tad-ditta tagħha jista’ jkollha effett negattiv drastiku.

Persuna famuża tista’ tgħaddi l-era tagħha. Attent li l-ambaxxaturi magħżula jkunu relevanti, speċjalment għall-prodott tiegħi. F’dan is-sena, l-għażla ta’ Dabid Hasselhoff, min-naħa ta’ Rootz, kienet għażla għaqlija ħafna.

Ovvjament hemm ukoll prezz. Aktar ma’ persuna tkun famuża u rikonoxxuta, aktar se titlob flus.

Jekk tagħżilx din it-triq, jiddependi minn ħafna affarijiet, imma importanti ħafna l-udjenza. Jekk qed tippromwovi prodott għall-familja, meta Charlie Sheen mhuwiex ideali. Fl-aħħar mill-aħħar, trid tħares lejn diversi fatturi u tiddeċiedi jekk ambaxxatur famuż għall-kumpanijia tiegħek, jagħmilx sens. 

 Wheelz.com huwa casino onlajn operat minn Rootz LTD bil-liċenzja tal-MDA bin-numru MGA/B2C/599/2018. 18+. Ilgħab b'mod responsabbli. gamblingtherapy.org

More in Kummer?jali