Irbaħ vaganza fantastika għal Ċipru ma' Emirates waqt il-breakfast show ta’ DANUSAN

Semmiegħa tal-breakfast show DANUSAN li jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa fuq Radju Malta għandhom iċ-ċans li jirbħu vaganza fantastika għal Ċipru għal żewġ persuni. Emirates qed toffri żewġ biljetti tal-ajru bir-ritorn fil-Klassi Ekonomija minn Malta għal Ċipru lil rebbieħ u l-mistiedna tiegħu / tagħha u rigali lil ħames finalisti oħra.

Ir-rebbieħ se jirċievi wkoll akkomodazzjoni fuq bażi bed&breakfast għall-ħamest iljieli f’lukanda ta’ 5 stilel Almyra Beach Resort f’Pafos, Ċipru, ġentilment mogħtija minn Thanos Hotels, u grazzi għall-Organizzazzjoni tat-Turiżmu ta’ Ċipru.

Biex wieħed jirbaħ dan il-premju, is-semmiegħa jridu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-Emirates "Hello Emirates"; waqt il-programm ta’ filgħodu DANUSAN ippreżentat mid-duo popolari Daniel Chircop u Sander Agius.

Il-kompetizzjoni tal-Emirates fuq Radju Malta se tkun maqsuma fi tliet fażijiet. Daniel u Sander se jagħtu ftit ħjiel dwar destinazzjoni partikolari li Emirates ittir lejha, u l-ewwel semmiegħ/a li jaqta’ l-isem tal-belt jidħol bħala finalista għall-premju finali.

L-ewwel sitt parteċipanti li jagħtu r-risposta korretta se jkollhom ċans biex jidħlu għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni. L-ewwel żewġ persuni mis-sitt finalisti li jċemplu u jagħtu r-risposta tajba jkunu qed jibbukkjaw posthom għall-quiz finali li jsir fl-istudios tar-Radju Malta. Ir-rebbieħ tal-quiz se jikseb il-premju finali. Il-ħames parteċipanti oħra li jkunu wieġbu l-ewwel domanda korretta ser jirċievu travel bag jew sports bag tal-Emirates.

Il-kompetizzjoni Emirates se tibda nhar it-Tnejn 26 Ġunju 2017. Il-parteċipanti jrid ikollhom minn 16-il sena ‘l fuq u l-ewwel premju mhuwiex trasferibbli lil persuna oħra. Il-biljetti tal-ajru tal-Emirates, jinkludu t-taxxi tal-ajruport, u huma validi għall-ivvjaġġar sal-31 ta’ Diċembru 2017. Il-vawċer ta’ Almyra Beach Resort hu wkoll valid sal-31 Diċembru 2017, ħlief f'Awwissu 2017. Il-booking tal-ajruplan jiddependi fuq id-disponibbiltà ta' seats fid-data magħżula mir-rebbieħ, kif ukoll soġġett għad-disponibbiltà u l-konferma mid-dipartiment tar-riservazzjonijiet tal-lukanda. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Permezz ta’ titjiriet tal-Emirates skedati kuljum bejn Malta u Larnaka, Ċipru qed isir ferm aktar attraenti għall-vjaġġaturi minn Malta li jfittxu vaganza rilassanti. It-titjira bejn iż-żewġ gżejjer tieħu madwar sagħtejn. Il-vjaġġaturi jgawdu minn servizz u kumdità abbord ta' klassi dinjija, ikel gourmet u sistema ta' divertiment ice b'aktar minn 2,500 stazzjon ta’ divertiment, fosthom films riċenti, programmi tat-televiżjoni, mużika u logħob diġitali. Il-passiġġieri tal-Emirates igawdu minn baggage allowance ġeneruża li tippermetti sa 35 kilo għall-Klassi tal-Ekonomija.

More in Kummer?jali