Creative Europe Desk Malta nediet uffiċjalment il-websajt il-ġdida tagħha www.creativeeuropemalta.mt, li timmarka pass importanti u eċċitanti għas-settur kulturali u kreattiv f’Malta.
Bl-introduzzjoni ta’ navigazzjoni aktar faċli u numru ta’ funzjonijiet ġodda. Il-Websajt toffri spazju diġitali modern u aċċessibbli fejn l-artisti, l-organizzazzjonijiet kulturali, ilprofessjonisti kreattivi u partijiet interessati oħra jistgħu jsibu informazzjoni, opportunitajiet u riżorsi relatati mal-programm Creative Europe. Il-websajt ġiet żviluppata b’għan ewlieni wieħed: li tagħmilha aktar faċli għall-komunità kreattiva Maltija biex tikkonnettja malEwropa.
Il-viżitaturi issa jistgħu jsibu informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament u sejħiet talCreative Europe, avvenimenti u attivitajiet li ġejjin, aħbarijiet u aġġornamenti, riżorsi utli, opportunitajiet għal kooperazzjoni Ewropea u informazzjoni oħra li tista’ tgħinhom jiżviluppaw proġetti u jibnu sħubijiet internazzjonali.
Il-websajt toffri wkoll pjattaforma ċentrali fejn Creative Europe Desk Malta jista’ jaqsam ixxogħol tiegħu, jenfasizza l-opportunitajiet disponibbli għall-partijiet interessati Maltin u juri limpatt u l-potenzjal tal-kollaborazzjoni Ewropea.
“Din mhijiex biss bidla fid-dehra. Hija d-dar diġitali l-ġdida għall-komunità kulturali u kreattiva Maltija; post fejn wieħed jista’ jsib informazzjoni, ispirazzjoni u opportunitajiet sabiex jikkollabora u jieħu l-ideat tiegħu għal livell Ewropew,” sahqet Erika Sammut Micallef, Head tad-Desk f’Malta.
It-tnedija tal-websajt huwa pass importanti biex tissaħħaħ il-preżenza diġitali tal-Desk u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar Creative Europe tkun aktar aċċessibbli, interessanti u rilevanti għall-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jibbenifikaw minn dawn il-fondi.