Tliet rotot ġodda għal Ryanair minn Malta u żieda fit-titjiriet

Ryanair se żżid it-tirjiriet minn u lejn Malta b'9%, biex tilħaq rekond ta' total ta' 40 rotta

.
.

Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret li se tkun qed iżżid il-lista ta' destinazzjonijiet minn Malta bi 3. Dan hekk kif se jibdew jitilqu titjiriet minn Malta lejn Belfast fl-Irlanda ta' Fuq, Napli fl-Italja u Riga fil-Latvja.

Il-kumpanija ħabbret ukoll li se tkun qed iżżid in-numru ta' titjiriet diġà eżistenti tagħha minn Malta, lejn Gdansk, Wroclaw u Krakow fil-Polonja, Stokkolma fl-Iżvezja, Venezja Trevizo fl-Italja u Vilnius fil-Litwanja. B'hekk se jkun hemm total ta' 40 rotta minn Malta, li twassal 2.2 miljun passiġġier minn u lejn il-pajjiż. 

Il-kumpanija Ryanair qalet li b'din l-ikbar skeda tax-xitwa minn u lejn Malta, se jkun hemm żieda ta' 9% fit-titjiriet fil-ġimgħa b'total ta' 109 titjira fil-ġimgħa, żieda ta' 22% fil-passiġġiera, b'total ta' 2.2 miljun u jsostnu 1,650 impjieg.

Ir-rotot il-ġodda lkoll se jkunu qed jaħdmu fuq bażi ta' żewġ titjiriet fil-ġimgħa, waqt li r-rotot l-oħrajn imsemmija se jkunu qed jaraw żieda biex jilħqu ż-żewġ titjiriet kull wieħed, waqt li t-titjira lejn Venezja Treviso se jkollha 4 vjaġġi fil-ġimgħa.

More in Kummer?jali