Minn Malta għal Dubaj u lura...kuljum
Emirates tħabbar servizz ta’ kuljum minn Dubaj għal Malta via Ċipru
More in Kummer?jali
Emirates tħabbar servizz ta’ kuljum minn Dubaj għal Malta via Ċipru
Emirates nediet pjani biex ir-rotta ta’ kuljum bejn Dubaj u Malta terġa’ tibda tkun b’waqfa f’Larnaka, Ċipru, mill-ewwel ta’ Frar 2017. Dan ifisser li t-titjira ċirkulari Dubaj-Tunes-Malta-Dubaj li kienet topera ħames darbiet fil-ġimgħa issa se tinbidel għal Dubaj-Larnaka-Malta, u minn Malta lura Larnaka u Dubaj. Din hi l-istess titjira li bħalissa qed tkun kull nhar ta’ Tnejn u l-Erbgħa. Minn Malta l-passiġġieri għandhom ukoll l-għażla li jibbukkjaw biljetti tal-ajru għal Ċipru u lura biss.
Vjaġġaturi minn Malta jistgħu jerġgħu jgawdu aċċess ta’ kuljum għal Larnaka, titjira li hi biss sagħtejn il-bogħod. Is-servizz ta’ kuljum minn Dubaj għal Malta b’waqfa f’Larnaka se jkun bl-ajruplan state-of-the-art tat-tip Boeing 777-300ER f’konfigurazzjoni ta’ tliet klassijiet. Dawn jinkludu tmien kabini privati fl-Ewwel Klassi, 42 seat li jinżel sodda fil-Klassi tan-Negozju, u 310 siġġu spazjuż fil-Klassi Ekonomija.
Il-klijenti fuq it-titjiriet tal-Emirates igawdu mill-ospitalita’ rinomata tal-ekwipaġġ multi-nazzjonali, inklużi Maltin, kif ukoll ikel gourmet u s-sistema ta’ divertiment msemmija ‘ice’ li rebħet bosta unuri. B’aktar minn 2,500 istazzjon ta’ divertiment, li jvarjaw minn films, programmi tat-televixin, logħob, audio books, u mużika minn madwar id-dinja, ‘ice’ kisbet l-unuri għall-aqwa divertiment abbord minn Skytrax għal 12-il sena konsekuttiva. Bħal kull titjira tal-Emirates, il-passiġġieri jgawdu minn piż tal-bagalji generuż: 50 kilo’ fl-Ewwel Klassi, 40 kilo’ fil-Klassi tan-Negozju u sa massimu ta’ 35 kilo’ fil-Klassi tal-Ekonomija.
Mill-ewwel ta’ Frar 2017, EK 109 se titlaq minn Dubaj fis-7:50, u tasal Larnaka fl-10:20. Titlaq minn Larnaka fil-11:50, u tasal Malta fis-13:25. It-titjira tar-ritorn, EK 110, se titlaq minn Malta fit-14:55, u tasal Larnaka fis-18:15. Minn Larnaka titlaq fis-19:30, u tasal Dubaj fis-01:25 tal-għada. Dawn il-ħinijiet huma ideali għal min ikollu vjaġġi ‘l hinn minn Dubaj lejn destinazzjonijiet fl-Awstralja, il-Lvant Mbiegħed, l-Asja, l-Afrika u l-Amerka ta’ Fuq jew t’Isfel.
In-negozjanti ukoll se jibbenefikaw mill-ajruplan Boeing 777-300ER li jista’ jġorr b’kollox tagħbija ta’ merkanzija ta’ 23 tunnellata f’kull direzzjoni permezz tal-Emirates SkyCargo.