Banif Bank jagħti l-appoġġ tiegħu lil atleta tal-LifeCycle

Ian Ciantar, flimkien ma' ċiklisti oħra se jivjaġġa 2,000km madwar l-Iżlanda

Mix-xellug: Martin Borg, Alan Curry u Ian Ciantar
Mix-xellug: Martin Borg, Alan Curry u Ian Ciantar

Banif Bank se jkun qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-atleta Ian Ciantar, li se jieħu sehem fil-LifeCycle Challenge għall-ewwel darba. Ian, flimkien ma’ numru ta’ ċiklisti oħra, se jivjaġġja 2,000km madwar l-Iżlanda f’Lulju bil-għan li jinġabru fondi u tiżdied il-kuxjenza għar-Renal Unit. Banif Bank ser joffri l-appoġġ tiegħu u jżomm ruħu  aġġornat mal-progress li jkun qed jagħmel Ian fil-preparamenti tiegħu għall-isfida, kemm fiżiċi u mentali, matul ix-xhur li ġejjin.

Il-LifeCycle Challenge hi inizjattiva ta’ kull sena li bdiet fl-1999 bil-mira li tgħin lill-pazjenti li jbatu minn mard tal-kliewi fl-aħħar stadju. Kull sena, tim dedikat ta’ ċiklisti Maltin jaqdfu distanza medja ta’ 2,000km f’temp ta’ għaxart ijiem, ikkunsidrata bħala wieħed mill-aktar avvenimenti ta’ sfida fl-Ewropa. Il-fondi miġbura jmorru biex tiżdied il-kuxjenza dwar il-marda, u sabiex tittejjeb il-kura li toffri r-Renal Unit u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti.

F’inizjattiva simili, t-tim tal-Banif għażel li jagħmel donazzjoni lil żewġ atleti li se jieħdu sehem fl-ALIVE2015 Cycling Challenge, u jiġbor il-fondi permezz tal-Casual Fridays ta’ kull xahar. Fuq suġġeriment tal-impjegati, il-Bank se jgħin lil Robert Cuschieri u Sandra Schembri Wismayer li flimkien ma’ 43 parteċipanti oħra se jivjaġġjaw 1,000km madwar seba’ pajjiżi mill-Liechtenstein għall-Ingilterra fuq perjodu ta' sebat ijiem f'Lulju. L-isfida għanda l-mira li tagħti sostenn lil proġett ta' riċerka fil-qasam tal-kanċer fit-tfal immexxi mill-RIDT (Research, Innovation and Development Trust) fl-Università ta’ Malta.

"Dawn il-proġetti jirriflettu l-valuri li jħaddan il-Bank – l-ambizzjoni, l-umanità u d-determinazzjoni," stqarr Martin Borg, Area Manager. "Aħna dejjem infitxxu inizjattivi bħal dawn li jirnexxilhom jolqtu elementi differenti – minn naħa waħda għandek il-promozzjoni ta' ħajja attiva u minn naħa l-oħra l-appoġġ għal kawżi ferm importanti. Il-Bank, u l-impjegati tiegħu, għandhom il-pjaċir li jkun involut f’dawn l-attivitajiet. "

More in Kummer?jali