Middlesea Insurance tippremja l-lealtà tal-klijenti

Insure and Save - il-programm imniedi riċentament minn Middlesea Insurance

Iktar minn 70 stabbiliment diġà qed joffru skontijiet lill-klijenti ta’ Middlesea Insurance
Iktar minn 70 stabbiliment diġà qed joffru skontijiet lill-klijenti ta’ Middlesea Insurance

Middlesea Insurance riċentament nediet programm ta’ lealtà għall-klijenti: Insure and Save. Permezz ta’ kard, il-klijenti se jkollhom aċċess għal diversi skontijiet minn negozji lokali, filwaqt li jkollhom aċċess għal bosta offerti esklussivi.

B’din il-kard il-klijenti ta’ Middlesea Insurance se jkollhom l-opportunità li jiffrankaw il-flus hekk kif jistgħu jibbenefikaw minn skontijiet sa 35% f’diversi ħwienet inklużi dawk relatati mad-dar, akkomodazzjoni ġewwa lukandi, prodotti tas-saħħa u tas-sbuħija, apparat elettroniku u ristoranti, fost l-oħrajn. Iktar minn 70 stabbiliment diġà qed joffru skontijiet lill-klijenti ta’ Middlesea Insurance, b’iktar ħwienet jiġu miżjuda kull xahar.

Fernando Docampo, Assistent General Manager ta’ Middlesea Insurance qal, “Aħna nemmnu li l-klijenti qed ifittxu kumpanija ta’ assigurazzjoni li tippremja l-lealtà tagħhom. Il-klijenti jixtiequ li jkunu meqjusa ta’ individwi u mhux sempliċiment bħala numru. L-għan tagħna hu li nipprovdu serħan il-moħħ mhux biss permezz tal-prodotti tagħna iżda anke b’modi oħra. Dan hu l-mod tagħna kif nirringrazzjawhom tal-lealtà tagħhom lejna.”

Min jixtieq iktar informazzjoni hu mħeġġeġ iċempel fuq in-numru 22480222. Għal-lista kollha tal-ħwienet li qed jipparteċipaw f’din l-iskema wieħed għandu jaċċessa s-sit www.middlesea.com.

More in Kummer?jali