Estiża l-iskema speċjali tal-GRTU

Bank of Valletta ħabbar li se tiġi estiża l-BOV ECO Personal Loan – l-iskema speċjali tal-GRTU sal-31 ta’ Diċembru 2014.

L-interess fuq dan l-apparat jiġi mnaqqas minn Bank of Valletta u jitħallas mill-bejjiegħ
L-interess fuq dan l-apparat jiġi mnaqqas minn Bank of Valletta u jitħallas mill-bejjiegħ

Klijenti li jixtiequ jixtru panelli fotovoltaiċi u ħiters li jaħdmu bix-xemx mingħand wieħed mill-ħwienet li qed jipparteċipaw fl-iskema speċjali, jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ self fejn l-interess fuq dan l-apparat jiġi mnaqqas minn Bank of Valletta u jitħallas mill-bejjiegħ. Klijenti li se jibbenefikaw minn din l-offerta jkunu qed iħallsu biss is-somma mislufa f’36 pagament fix-xahar mingħajr ma jħallsu l-ebda interessi.

Bank of Valletta jgħin lis-sidien ta’ djarhom fl-iffinanzjar ta’ investiment għal tagħmir fotovoltajku u ħiters tal-ilma li jaħdmu bix-xemx, billi jgħin lill-klijenti jikkontrollaw aħjar il-kontijiet tagħhom ta’ konsum b’mod sostenibbli filwaqt li jgħin fil-protezzjoni tal-ambjent għall-benefiċċju tas-soċjetà inġenerali.

Id-dettalji kollha fuq dan il-prodott ġdid mingħand Bank of Valletta jistgħu jinkisbu minn kwalunkwe fergħa tal-BOV jew billi wieħed iċempel lill-BOV Customer Service Centre fuq in-numru tat-telefon 21312020.

More in Kummer?jali