Sebgħa rikoverati l-isptar wara inċident tat-traffiku fiċ-Ċirkewwa

Kelliem għall-pulizija jikkonferma li seba’ ċittadini Bulgari ddaħħlu l-isptar wara li vann kien involut f'ħabta fiċ-Ċirkewwa nhar it-Tnejn filgħodu

Ritratt: James Bianchi/MaltaToday.
Ritratt: James Bianchi/MaltaToday.

Seba’ ċittadini Bulgari ddaħħlu l-isptar wara li vann iġġarraf fiċ-Ċirkewwa nhar it-Tnejn filgħodu.

Kelliem għall-pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15am fi Triq l-Imtarfa.

Għadu mhux magħruf x’wassal għall-ħabta, u s-seba’ persuni, kemm irġiel kif ukoll nisa, iddaħħlu l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, u skont il-kelliem ix-xufier ma kienx fost dawk li weġġgħu.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka