Eddie Fenech Adami jiddaħħal l-isptar; jinsab f'kundizzjoni stabbli

L-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami ta’ 92 sena ddaħħal l-isptar għal osservazzjoni medika wara li sofra minn ‘kumplikazzjonijiet ta’ saħħa’

Ritratt: File photo.
Ritratt: File photo.

Eddie Fenech Adami ddaħħal l-isptar aktar kmieni nhar it-Tlieta wara li sofra “kumplikazzjonijiet tas-saħħa” iżda jinsab f’kundizzjoni stabbli.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-eks Prim Ministru u President Emeritu ddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni għal osservazzjoni medika. Fenech Adami għandu 92 sena.

Il-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta’ malajr lil Fenech Adami u qal li l-Kap tal-Partit Alex Borg, li kien fil-Lussemburgu sabiex isegwi lit-tim nazzjonali Malti waqt partita futbol, għamel kuntatt mal-familja.

“Il-Partit Nazzjonalista jawgura li l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalist ma jdumx ma jirritorna lura d-dar,” inqtal fl-istqarrija.

Sadanittant, il-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela, li kien ukoll fil-Lussemburgu, awguraw fejqan ta’ malajr lil Fenech Adami.

More in Kronaka