Fil-knisja le imma fil-palazz iva?

db Group jitfgħu applikazzjoni għal permess sabiex il-Palazz ta' Santa Sofia fl-Imdina jiġi kkonvertit żewġ ħwienet tal-kafe'.

Ritratti mis-sit tal-PA; fuq ix-xellug: il-Palazz ta' Santa Sofia u fuq il-lemin: Il-knisja ta' Raħal Ġdid
Ritratti mis-sit tal-PA; fuq ix-xellug: il-Palazz ta' Santa Sofia u fuq il-lemin: Il-knisja ta' Raħal Ġdid

Id-db Group, il-kumpanija li f'Malta topera l-ħwienet tad-ditta tal-kafe' Starbucks, issottomettew applikazzjoni mal-Awtorita' tal-Ippjanar sabiex jiftaħ żewġ ħwienet tal-kafe' u jirrestawra l-faċċata tal-Palazz Santa Sofia fl-Imdina.

L-applikazzjoni li ġiet sottomessa nhar l-Erbgħa, tgħid li l-proposta tgħodd biss l-ewwel sular b'xogħolijiet żgħar ta' taqsim u l-ebda tip ta' tkissir. L-applikazzjoni saret mingħand Francesco Apap Bologna, bl-għajnuna ta' Sergio De Gabriele bħala l-arkitett u pjanijiet mibgħuta lill-Awtorita' magħmula mill-kumpanija Doric Studio, kumpanija li ħadmet fuq ħafna tenders tal-gvern.

Il-ħwienet li huma mistennija jiftħu, jekk jingħata l-permess huma l-ħanut tal-kafe' Starbucks u d-ditta Ingliża tal-kafe EL&N, ħanut li għadu ma nfetaħx Malta. Huwa mifhum li l-ħwienet se jkun diżinjati b'tali mod li jikumplimentaw l-istorja u d-diżin gotiku tal-palazz li jmur lura għas-seklu 13.

It-Transport Malta hija tal-idea li dan il-proġett għandu jiġi assessjat skont il-linji gwida tal-PA DC2015 li joffru qafas kontestwali b'diżin partikolari għal bini ta' stil partikolari għall-iżvilupp, bħall-palazz storiku li jinsab faċċata tal-Katidral ta' San Pawl, u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem palazzi f'Malta.

Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa l-istess ġurnata li l-Awtorita' tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni tal-knisja ta' Raħal Ġdid sabiex jinfetaħ ħanut tal-kafe' fuq l-ewwel sular tal-knisja abbażi li t-tali ħanut se jkun qed jiddisturba "is-simmetrija viżwali tal-knisja", fost raġunijiet oħrajn. Deċiżjoni li l-arċipriet ta' Raħal Ġdid Marc Camilleri qal li lest li jappella hekk kif il-fondi tal-ħanut tal-kafe' kienu se jintużaw sabiex jitlesta xogħol urġenti ta' restawr fil-knisja.

More in Kronaka