Gozo Channel tħabbar skeda ġdida temporanja

Il-Gozo Channel tniedi skeda ġdida sal-4 ta' Frar hekk kif il-MV Gaudos se jidħol għal manutenzjoni

Gozo Channel infurmat li l-vapur MV Gaudos se jkun barra mis-servizz minn nhar l-Erbgħa 7 ta’ Jannar sal-4 ta’ Frar.

Il-kumpanija qalet li l-vapur se jidħol għal manutenzjoni, filwaqt li ż-żewġ vapuri l-oħra se jkunu qed joperaw skont skeda ġdida għal dan il-perjodu.

L-iskeda l-ġdida tista’ tinstab fuq il-websajt u l-paġna tal-midja soċjali ta’ Gozo Channel.

“Gozo Channel tiskuża ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent ikkawżat mid-dħul tal-MV Gaudos fid-dry-dock. Il-kumpanija tibqa’ impenjata li tipprovdi servizz tal-lanċa sigur u affidabbli bejn iż-żewġ gżejjer.”

More in Kronaka