Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa' sular minn lukanda

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am f'lukanda f'San Pawl il-Baħar

Raġel ta' 31 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li waqa' sular waqt li kien qed jaħdem f'lukanda.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am f'Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bl-inċident u ħatar inkjesta. 

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

More in Kronaka