Raġel arrestat b'rabta ma' serqa minn ħanut fil-Belt

Is-serqa seħħet ilbieraħ għall-ħabta tas-1:30p.m. 

Investigazzjonijiet mill-Pulizija wasslet biex raġel ta' 35 sena jiġi arrestat fi ftit sigħat wara li allegatament seraq kaxxa tad-donazzjonijiet minn ġewwa ħanut fil-Belt Valletta. 

Ilbieraħ għall-ħabta tas-1:30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata dwar is-serqa li kienet saret aktar kmieni filgħodu. Il-Pulizija minnufih bdiet bl-investigazzjonijiet, fejn immedjatament bdew bit-tfittxijiet għall-allegat ħalliel li ġie arrestat għall-ħabta tat-8 p.m. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta ta' 12p.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dott victor Axiak. 

More in Kronaka