Mara tweġġa' gravi f'ħabta bejn żewġ vetturi fl-Imdina

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Triq tal-Infetti

Dalgħodu għall-ħabta tad-8:45 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq tal-Infetti, l-Imidina.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda MX-30, misjuqa minn mara ta' 45 sena minn Pembroke u Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta' 35 sena minn Ħad-Dingli. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet il-mara ta’ 35 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka