Raġel ta' 73 sena jweġġa' gravi f'inċident tat-traffiku fil-Marsa

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Patri Magri 

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9:00 p.m., raġel ta' 73 sena mill-Marsa ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq Patri Margi, il-Marsa. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta' 21 sena minn Ħal Tarxien.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar b'ambulanza u ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka