Anzjan jittajjar fil-Mosta; Il-Pulizija tfittex is-sewwieq li baqa' sejjer

Il-każ seħħ għal xi s-sitta u kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Bidnija, il-Mosta

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq il-Bidnija, il-Mosta.

Il-każ seħħ għal xi s-sitta u kwart ta’ filgħodu.

L-anzjan li għandu 66 sena kellu jiddaħħal Mater Dei għax sofra ġrieħi gravi.

Min tajru ma waqafx u ħarab minn fuq il-post. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed issir tfittxija għall-vettura involuta.

More in Kronaka