Tisfronda gallarija fil-Gżira... ma jweġġa' ħadd

Fl-aħħar ħin ixxandar ritratt fuq il-midja soċjali tal-gallarija sfrondata 

Ritratt: Malta Diżastru Totali
Ritratt: Malta Diżastru Totali

Wara li iċċirkola ritratt fuq il-midja soċjali, irriżulta li aktar kmieni illum sfrondat gallarija fil-Gżira. Madankollu mill-informazzjoni li għandu dan is-sit, jidher li ma' weġġa' ħadd. 

Kienu l-bosta li kkumentaw fuq Facebook li jkun aktar ta' ġid li kieku minflok jinbnew appartamenti ġodda isir aktar sforz biex jiġi restawrat bini abbandunat. Oħrajn saħqu li sitwazzjonijiet bħal dawn huma ta' periklu kbir u li l-unika mod li l-awtoritajiet ikkonċernati jieħdu azzjoni fuq bini mhux sigur, "huwa meta jitlef ħajtu xi ħadd". 

Kumment ieħor kien li, "il-Gżira saret insaportabli li tgħix fiha," għax ta' sikwit ikun hemm toroq magħluqin bil-krejnijiet u li l-bankini "saru tal-ħwienet". 

Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat. 

More in Kronaka