Jidħol l-Għassa tal-Ħamrun imweġġa' wara li ġie aggredit; Arrestati żewġ żagħżagħ

Il-każ seħħ ilbieraħ tard filgħaxija u r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi

Raġel ta' 54 sena daħal l-Għassa tal-Ħamrun jisħaq li ġie aggredit waqt li kien f'ħanut tax-xogħol fi Triq il-Kbira, San Ġużepp.

Ir-raġel, mis-Somalja residenti l-Marsa, ddaħħal Mater Dei peress li kellu xi ġrieħi. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi

B'rabta ma' dan il-każ ġew arrestati żewġt irġiel, wieħed ta' 35 sena minn Birkirkara u ieħor ta' 17-il sena minn San Ġwann.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka