Iweġġa' gravi wara li tilef il-kontroll u nqaleb bil-vettura

Il-kaz seħħ fi Triq il-Belliegħa, ir-Rabat, Għawdex

Raġel ta' 48 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza fi Triq il-Belliegħa, ir-Rabat, Għawdex.

Il-kaz seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Jidher li r-raġel, mix-Xewkija, tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa biex inqaleb wara li ħabat ma' vettura li kienet ipparkjata. 

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

More in Kronaka