Jaqa' t-tieni raġel f'sit ta' kostruzzjoni f'ġurnata u jweġġa' serjament

Dan l-inċident seħħ f'Tal-Pietà u l-vittma ta' 77 sena waqa' madwar sular

Raġel ta’ 77 sena residenti San Ġwann, għal xil-12:15 p.m kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq Clarence, Tal-Pietà.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed f’sit ta’ kostruzzjoni.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed b'ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Intant dan huwa t-tieni persuna f'ġurnata waħda li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni, bl-inċident fil-Ħamrun iħalli lill-vittma bla ħajja

More in Kronaka