Raġel ieħor jitlef ħajtu f'sit ta' kostruzzjoni fil-Ħamrun

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post

Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Karmnu Abela, il-Ħamrun.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Bulgaru ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejji

More in Kronaka