Anzjana ta' 86 sena tweġġa' gravi wara li ttajret fil-Furjana

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:20pm fi Triq San Publju, il-Furjana

Anzjana ta' 86 sena, residenti n-Naxxar, qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:20pm fi Triq San Publju, il-Furjana.

Jidher li l-mara ttajret minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 22 sena mill-Imtarfa.

Hija ngħatat l-għajnuna medika fuq il-post u ddaħlet Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ. 

More in Kronaka