Anzjana ta' 81 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, ir-Rabat, Għawdex.
Il-każ seħħ dalgħodu fit-8:30am.
Jidher li seħħet ħabta bejn tliet vetturi, misjuqa minn anzjan ta' 69 sena, raġel ta' 52 sena u mara ta' 61 sena li magħha kellha l-anzjana ta' 81 sena.
Ir-raġel ta' 52 sena u anke l-mara ta' 61 sena ddaħħlu l-isptar ibatu minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-anzjana ta' 81 sena kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ġarrbet ġrieħi serji.
Dwar l-każ infetħet inkjesta maġisterjali.