Raġel iweġġa' gravi wara li waqa' minn fuq sellum f'Bormla

Ir-raġel kien qed jaħdem f'residenza 

Raġel ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq sellum waqt xogħlijiet li kien qiegħed jagħmel f'residenza f'Bormla.

Il-każ seħħ fl-inħawi ta' Santa Liena lbieraħ waranofsinhar.

Ir-raġel li għandu 54 sena ttieħed Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka