Anzjan iweġġa' gravi wara li waqa' f'bir

Il-każ seħħ f'għalqa f'Ħaż-Żebbuġ

Anzjan ta' 75 sena, weġġa' gravi wara li waqa' f'bir f'għalqa f'Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq tal-Ħandaq.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu fuq il-post biex tellgħu lir-raġel mill-bir.

Huwa ttieħed Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka