Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqiet ta' sikkina

Il-każ seħħ fil-5:30am fl-inħawi ta' Tigne

Żagħżugħ ta' 21 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqiet ta' sikkina waqt argument f'Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30am fl-inħawi ta' Tigne.

Iż-żagħżugħ, Ingliż residenti Birkirkara, ittieħed minnufih Mater Dei, bl-allegat aggressur jaħrab miinn fuq il-post.

Malli ddaħħal l-isptar, ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

More in Kronaka