Raġel iweġġa' gravi wara li nqabad bejn żewġt inġenji

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq San Ġeraldu, San Pawl il-Baħar

Raġel weġġa' gravi wara li nqabad bejn żewġ inġenji li kienu miexja.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq San Ġeraldu, San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel, Taljan ta' 40 sena, ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka