Turisti u impjegati evakwati wara nirien f'lukanda fil-Qawra

Il-lukanda tinsab fi Triq il-Kaħli

Turisti u impjegati kellhom jiġu evakwati wara nirien f'lukanda fil-Qawra.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15am. Il-lukanda tinsab fi Triq il-Kaħli.

Jidher li n-nirien ġew ikkontrollati f'qasir żmien.

Il-Pulizija kkonfermat li ħadd ma weġġa'.

More in Kronaka