Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn vettura u mutur

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Qawra

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Qawra.

Il-każ seħħ fis-6:30pm fi Triq il-Merluzz.

Jidher li s-sewwieq tal-mutur, li għandu 25 sena, ħabat ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 22 sena.

Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka