Żagħżugħ ta' 16-il sena jaqa' żewġ sulari minn fuq bejt

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm tal-bieraħ fi Triq Kampanella, il-Fgura

Żagħżugħ ta' 16-il sena waqa' madwar żewġ sulari minn fuq bejt ta' residenza fil-Fgura.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm tal-bieraħ fi Triq Kampanella, il-Fgura.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa biex ħarġu liż-żagħżugħ mir-residenza.

Huwa ttieħed minnufih Mater Dei.

More in Kronaka