Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura u daħal f'siġra

Il-każ seħħ fi Triq ta' Xħajma, fil-limiti tax-Xewkija

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma' siġra.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-5:45am, fi Triq ta' Xħajma, fil-limiti tax-Xewkija.

Ir-raġel, li għandu 32 sena u residenti n-Nadur, ittieħed minnufih l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Hemm ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ filwaqt li nfetħet ukoll inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka