Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar huwa u dieħel fil-karozza

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:00pm, fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa

Żagħżugħ ta' 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:00pm, fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li ż-żagħżugħ kien dieħel fil-karozza tiegħu meta ttajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta' 30 sena minn Ħal Qormi.

Iż-żewġ vetturi wkoll ġarrbu ħsarat.

Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka